Il-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jwettaq politika għan-nies…u man-nies.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ġimgħa filgħodu żar il-komunità tan-Naxxar hekk kif qed ikompli jwettaq dak li wiegħed – li jkun qrib iċ-ċittadin.
Bernard Grech żar fost oħrajn il-Kunsill Lokali tan-Naxxar, kif ukoll il-pjazza ewlenija u l-Għassa tal-Pulizija ta’ din il-lokalita’.
Bernard Grech insista dwar kemm huwa essenzjali li liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin verament jingħataw widen u l-attenzjoni li huma dovuti … għaliex il-politiku qiegħed hemm biex iservi u mhux biex jisserva.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista aktar tard żar ukoll il-Mitħna, li hija ikona tal-Lokalità tan-Naxxar. Jakkumpanjaw lil Bernard Grech kien hemm is-Sindku AnneMarie Muscat Fenech Adami, u d-Deputati Nazzjonalisti Graziella Galea u Claudette Buttigieg