Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi fil-Wied ta’ Birkirkara

Raġel min-Nepal ta’ 25 sena u residenti Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta li seħħet bejn karozza u mutur għall-ħabta tal-11pm fi Triq il-Wied, Birkirkara.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza, misjuqa minn Taljana ta’ 35 sena residenti San Ġwann, u mutur misjuq mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.