Tirritorna Festa ta’ Ġenerożità wara nuqqas ta’ sentejn, bl-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza qed tappella biex kull min jista’ jgħin lir-residenti f’din il-maratona.
L-attivitajiet b’rabta ma’ din il-maratona huma mifruxa tul ix-xahar ta’ Diċembru, bil-qofol tagħhom jintlaħqu fl-ewwel tas-sena permezz ta’ quddiesa kkonċelebrata fil-kappella tad-Dar tal-Providenza mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna. Wara se jkun hemm serata ta’ kant u żfin, bil-pubbliku mħeġġeġ jattendi u jagħti d-donazjzoni tiegħu.
Fil-ġranet li ġejjin se jsiru numru ta’ attivitajiet għall-Milied f’diversi lokalitajiet, fosthom villaġġ tal-Milied u wirja ta’ dwal kif ukoll kant, bil-fondi se jmorru għad-Dar tal-Providenza.
Fil-Parlament hemm ukoll wirja ta’ arti minn mitt artist differenti, bl-opri tal-arti se jiġu irkantati fil-jum tal-maratona.
Fi tmiem din il-ġimgħa se ssir ukoll maratona ta’ 30 siegħa xandir fuq ir-radju tal-Knisja.
Il-fondi kollha li se jinġabru mhux biss se jmorru għall-għexien tar-residenti iżda wkoll biex ikunu jistgħu jtejbu s-servizzi, u biex tinfetaħ dar ġdida fil-Ballutta għal persun b’diżabbiltà. Dan apparti li jibqa’ jinghata taħriġ lill-professjonisti.
//= $special ?>