Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ Lilian Miceli Farrugia

SOS Malta ħabbret il-mewt ta’ Lilian Miceli Farrugia li kienet l-ewwel chairperson ta’ din l-organizzazjoni.

Miceli Farrugia kienet ukoll fundatur ta’ SOS Malta, u deskritta bħala mudell ta’ imħabba, kompassjoni u ġenerożità.

SOS Malta qalet illi tinsab grata għas-sens ta’ tmexxija li dejjem tat lil din l-entità, u favur il-ġustizzja u l-verità.

“Il-legat tiegħek se jibqa’ ħaj”, qalet l-għaqda fuq Facebook.