Sport Sport Ieħor

Weightlifting: Tenishia Thornton tikser erba’ rekords nazzjonali f’Bogota

Tenishia Thornton ikkompetitet fil-Kampjonati tad-Dinja Senior organizzati mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Weightlifting. Fil-Kampjonati li qed isiru f’Bogota’ Kolumbja, Thornon li hija ċ-champion tad-dinja preżenti fil-kategorija taż-żgħażagħ ikkmpetiet fil-kategorija 59 kg fejn temmet b’refgħat ta’84 kg fis-snatch u 104 kg.fil-clean and jerk.

B’dawn ir-refgħat, Thornton li għandha 17-il sena kisret erba’ rekords nazzjonali fil-kategorija 59 kg f’erba’ kategoriji differenti skont l-eta’. Fl-istess waqt kisret ir-rekords kollha tal-kategorija żgħażagħ tal-Commonwealth fejn ir-rekord ta’ qabel kien ta’ Sakuma Adka tal-Indja b’180 kg filwaqt li Thornton f’Bogota’ refgħet total ta’ 188 kg.

Thornton kienet l-iżgħar atleta f’dawn il-kampjonati tad-dinja fejn fil-klassifika ġenerali temmet fit-33 post minn 52 weightlifter fejn fil-proċess temmet qabel atleti mill-Awstralja, Italja, Spanja u Germanja.

Dawn il-Kampjonati huma l-ewwel minn serje ta’ kampjonati li jwasslu għal kwalifika għall-Olimpijadi Pariġi2024