Lokali

Żabbari jintlaqat minn mutur fil-Bypass ta’ Wied il-Għajn

Raġel minn Ħaż-Żabbar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn mutur misjuq minn Żabbari ta’ 36 sena.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:00 tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq Villabate f’Ħaż-Żabbar meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 67 sena ntlaqat mill-mutur.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.

L-Isptar hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.