Coronavirus Lokali Saħħa

19-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ġew irreġistrati 19-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 9 persuni oħra.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun ta’ dan il-virus biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa baqgħu 809.

Bħalissa f’pajjiżna hawn 186 każ attiv ta’ Covid.

Fl-istess waqt, għadha qed tingħata t-tilqima kontra l-Covid u anke t-tilqima kontra l-influwenza staġjonali.