Matthias Mizzi
BIRKIRKARA……2
BALZAN…..………1
Birkirkara: G. Nava, O. Iorio (K. Tulimieri 80’), E. Pepe, A. De Paixao (J. Farrugia 85’), Y. Yankam, K. Zammit, C. Attard, E. Cabrera (P.Mbong 80’), S. Zibo, A. Coppola, D. Ribero (D. Pires 61’)
Balzan: J. Debono, I. Bozovic, D. Quinones (L. Agius 89’), M. Grima, P. Fenech, A. Torres, M. Zlatkovic, A. Satariano (S. Arab 68’), N. Braunovic (N. Raso 68’), M. de Sousa, A. Andrejic (B. Kaljevic 77’)
Imwissija: K. Zammit 8’ (BKR), A. Satariano 19’ (BLZ), E. Cabrera 29’ (BKR), G. Nava 38’ (BKR), A. Da Paixao 64’ (BKR), M. Zlatokovic 72’ (BLZ), A. Andrejic 73’ (BLZ), A. Coppola 73’ (BKR)
Skorjaw: O. Iorio 11’ (BKR), M. De Sousa 45’ (BLZ), K. Tulimieri 85’ (BKR)
Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Luke Portelli & Thomas Debono
Il-Mument Plejer tal-Logħba: P. Fenech (BLZ)
BOV Plejer tal-Logħba: A. De Paixao (BKR)
F’konfront fjakk mill-azzjonijiet perikolużi kienu Birkirkara li finalment ħarġu bit-tliet punti f’idejhom grazzi għal gowl mis-sostitut Kevin Tulimieri fl-aħħar ftit minuti. Fuq in-naħa l-oħra jrid jingħata wkoll mertu għal Balzan li kienu dixxiplinati tattikament sakemm qabel it-tisfira finali tkeċċa għalihom ukoll Samir Arab.
Birkirkara fetħu l-iskor kmieni fil-partita minn corner preċiż ta’ Alexis De Paxaio għal fuq it-Taljan Osvaldo Iorio li b’daqqa ta’ ras tefa’ ġewwa. Mad-disgħa u tletin minuta logħob Jonathan Debono ċaħħad it-tnejn b’xejn lil Birkirkara hekk kif imblokka xutt angolat ta’ Cabrera minn azzjoni personali. Proprju qabel il-mistrieħ Balzan għamlu l-iskor indaqs. Kien Alex Satariano li xeħet kross fil-kaxxa b’Paul Fenech niżżel tajjeb u Mattheus ma falliex f’lasta vojta b’daqqa ta’ ras għal ġewwa.
Fit-tieni taqsima l-goalkeeper Nava kellu riflessi mill-aqwa biex salva xutt ta’ Satariano minn taħt ħalq il-lasta. Wara aktar minn nofsiegħa mingħajr azzjonijiet perikolużi, is-sostitut Kevin Tulimieri vvinta gowl mix-xejn meta hu baqa’ jemmen u b’xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa għeleb għalkollox lil Debono. Tliet minuti wara Paul Fenech ittanta xortih minn barra l-kaxxa imma Nava kien attent biex salva. Fl-aħħar tletin sekonda Balzan sfaw jilagħbu bi plejer inqas meta s-sostitut Samir Arab waqqa’ lil Yankam fuq il-ġirja. B’hekk Birkirkara ikomplu jiġġieldu ma’ ta’ fuq fil-klassifika hekk kif momentarjament huma jokkupaw it-tielet post.
//= $special ?>