Joseph Kittinger, ir-raġel magħruf għar-rekord dinji għal qbież bil-paraxut miet fi Florida fl-eta’ ta’ 94 sena. Dan ir-rekord twaqqaf fl-1960 fejn huwa qabeż madwar 32km barra mid-dinja.
Huwa kien qal li waqt din il-qabża kien qed jisma’ n-nifs tiegħu biss fil-‘helmet’ kif ukoll esprima li huwa impossibli sabiex tiddetermina l-veloċita’. Kittinger qal li dak il-ħin tirealizza li tkun għaddej b’ċertu veloċita’ iżda ma tħosshiex.
Sabiex din il-qabża saret possibli huwa kellu jagħmel diversi provi ta’ għoli differenti hekk kif l-ewwel qabża tiegħu saret fl-1959 u kien qabeż minn għoli ta’ 23km barra mid-dinja. Dawn il-qabżiet kienu parti minn proġett li kellu jgħin lill-piloti militari meta jkunu qed itiru f’ċertu għoli.
Ħbieb ta’ Kittinger qalu li huwa miet kaġun ta’ kanċer fil-pulmun.
//= $special ?>