Kelliem għall-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurta’ tal-Istati Uniti għandhom f’idejhom rapporti illi r-Russja u l-Iran għandhom relazzjoni b’saħħitha ħafna, fejn saħansitra iffurmaw alleanza bejniethom sabiex ikabbru l-produzzjoni tad-drones.
Minn naħa tiegħu s-Segretarju tal-affarijiet barranin tar-Renju Unit qabel mal-Istati Uniti u qal ukoll li fix-xhur li ġejjin il-militari Russa se jikber u se jakkwistaw aktar missili ballistiċi.
Rapporti qed jindikaw li din l-alleanza bejn ir-Russja u l-Iran tista’ tkun ta’ theddida kbira għall-Ukrajna fix-xhur li ġejjin.
Barra minn hekk, l-Awstralja ħabbret li se tieħu azzjoni kontra diversi negozji Iranjani talli pprovdew drones lir-Russja kontra l-Ukrajna.
L-Ukrajna akkużat lir-Russja għall-aħħar attakki bid-drones Iranjani. Dawn id-drones Iranjani ikkawżaw nuqqas ta’ provvista ta’ dawl, ilma u sistemi li jsaħħnu d-djar – bit-temperaturi bħalissa jinżlu sew taħt iż-żero.
//= $special ?>