Internazzjonali

Kundannat tliet snin u nofs ħabs wara l-qtil ta’ George Floyd

Eks uffiċjal tal-Pulizija ġie kundannat tliet snin u nofs ħabs wara li nstab ħati li kien kompliċi ma’ uffiċjali oħra fl-arrest bil-forza ta’ George Floyd; arrest li kien wassal biex r-raġel iswed jitlef ħajtu.

Il-każ kien seħħ f’Mejju ta’ sentejn ilu, u kien ġie iffilmjat minn persuni li f’dak il-ħin inzertaw fil-post.

Alexander Kueng wieġb ħati għall-akkużi; f’każ li kien ħoloq rabja kbira madwar l-Istati Uniti u anke protesti f’Minneapolis.

Wara s-sentenza, l-avukati li rrapreżentaw lill-familja tal-vittma qalu li dan huwa pass ieħor biex issir ġustizzja mal-qraba ta’ George Floyd.