Bil-kwalifikazzjoni kontra l-Portugall, il-Marokk kistbu l-istorja bħala l-ewwel tim Afrikan li qatt wasal sas-semi finali tat-Tazza tad-DInja.
Minbarra l-Marokk, tliet timijiet Afrikani biss waslu sal-kwarti tal-finali bl-ewwel tim ikun il-Kamerun fl-1990 li kienu eliminati mill-Ingilterra 3-2 wara l-ħin barrani , imbgħad fl-2002 is-Senegal waslu sal-kwarti tal-finali fejn kienu eliminati mit-Turkija 1-0 u l-Ghana fl-2010 tilfu kontra l-Urugway 4-2 ukoll wara l-ħin barrani.
Ta’ min jgħid li l-kowċ tal-Marokk Walid Regragui ilu biss fit-tmexxija minn Awwissu li għadda wara li ħa post il-Bożnijak Vahid Halilhodzic. Mal-ħatra ta’ Regragui rritorna l-istilla tat-tim Hakim Ziyech wara li dan kien irtira minn nazzjonal minħabba argument ma Halilhozic. Rapporti mhux konfermati jgħidu li l-Federazzjoni Marokkina neħħiet lil Bożnijak mit-tmexxija tat-tim nazzjonali sabiex jerġa jirritorna Ziyech, li bla dubju huwa wieħed mill-aktar plejers internazzjonali tal-Marokk.
//= $special ?>