Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

L-ostaklu Franċiż hu l-aktar wieħed diffiċli tal-Ingliżi sa issa

(Ritratt: EPA)

KWARTI TAL-FINALI

20:00 – INGILTERRA V FRANZA

It-tim nazzjonali Ingliż għandu l-akbar eżami biex juri l-kwalitajiet tiegħu f’din it-Tazza tad-Dinja. Se jilagħbu kontra r-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni, tim li hu wkoll wieħed mill-favoriti l-kbar li jirbaħ il-kompetizzjoni.

Sfortunatament din il-fażi mhix l-aktar waħda favur l-Ingliżi hekk kif ġew eliminati mal-aħħar tmienja fl-edizzjonijiet passati xejn anqas minn tmien darbiet. Iktar minn hekk, sitt darbiet minnhom kontra oppożizzjoni Ewropea.

Franza waslet mal-aħħar tmienja tat-Tazza tad-Dinja f’ħamsa mill-aħħar seba’ edizzjonijiet iżda tilfet fiż-żewġ logħbiet tal-passat li lagħbet kontra Franza f’din il-kompetizzjoni. Dan għalkemm mill-aħħar tmien logħbiet kontra l-Ingliżi, Franza tilfet biss darba.

L-Ingilterra taħt it-tmexxija ta’ Gareth Souithgate, ma sofriet l-ebda gowl fl-aħħar tliet logħbiet iżda għad ma kelliex plejers ta’ klassi kbira bħal Kylian Mbappe, Olivier Giroud, Ousmane Dembele u Antoine Griezmann.

Giroud se jkun fi dwell ma’ Harry Kane. Il-Franċiż għadu kif sar l-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Franza bit-52 gowl skorjat fl-aħħar logħba. Kane skorja wkoll 52 gowl u jinsab gowl bogħod mir-rekord ta’ Wayne Rooney.

Raheem Sterling irritorna fl-iskwadra Ingliża wara li tilef il-logħba kontra s-Senegal minħabba problemi personali. Callum Wilson u Declan Rice huma dubjużi, b’tal-aħħar xorta mistenni jkun inkluż fil-formazzjoni inizjali.