Daqqa ta’ ħarta għal Bayern Munich hekk kif il-goalkeeper u captain Manuel Neuer sofra ksur f’siequ wara inċident waqt vaganza fejn kien skiing.
F’post fuq Instagram Neuer ikkonferma li wara li kiser saqajh waqt li kien qiegħed vaganza biex tgħinu jtaffi ftit mid-diżappunt tal-Ġermanja fit-Tazza tad-Dinja, l-istaġun għalih spiċċa. Filwaqt li rringrazzja lit-tobba, Neuer qal li l-operazzjoni marret tajjeb.
Minbarra lil Neuer, Bayern Munich tilfu wkoll lil Lucas Hernandes għall-kumplament tal-istaġun wara li weġġa rkopptu fir-rebħa ta’ 4-1 li Franza kisbu fuq l-Awstralja.
//= $special ?>