Lokali

Rebħa ta’ €350,000 mill-lotterija l-iżjed popolari f’Malta

Bidu mill-aqwa għall-istaġun tal-festi għal ġugatur li xtara l-biljett tiegħu minn Birżebbuġa u rebaħ l-ammont sabiħ ta’ €350,000 wara li qata’ il-5 numri tal-logħba Super5. Din kienet ir-raba’ darba li l-premju tal-jackpot tas-Super5 ġie mirbuħ minn Lulju 2022, minn total ta’ 22 tlugħ.

Minn meta National Lottery plc ħadet f’idejha l-operat tal-Lotterija Nazzjonali ta’ Malta, il-kumpanija ħallset aktar minn €3.5 miljuni fi premjijiet tas-Super5, total ta’ madwar €160,000 f’kull tlugħ. Il-frekwenza li biha qed jintrebaħ il-jackpot tas-Super5 jippermetti sabiex il-ġugaturi verament joħolmu li jirbħu premju li jħalli mpatt ferm pożittiv f’ħajjithom.

Il-format il-ġdid tal-logħba tas-Super5 jippermetti wkoll li mijiet ta’ ġugaturi jirbħu premjijiet sbieħ permezz taż-żewġ logħbiet addizjonali li National Lottery plc introduċiet. Waħda mill-logħbiet hija s-Super5 Plus li tippermetti li l-ġugaturi jirbħu permezz ta’ tlugħ addizzjonali, u s-Super5-4-3-2-1 li tippermetti li l-ġugaturi jilgħabu l-lottu fuq is-Super5. Mit-tnedija ta’ dawn iż-żewġ logħbiet ġodda tħallas total ta’ madwar €1.1 miljun f’rebħ fis-Super5 Plus u Super5-4-3-2-1.

“L-istrateġija tagħna sabiex intejbu l-premjijiet u nagħtu aktar fondi lura lill-ġugaturi qed isarrfu fir-riżultati mixtieqa,” stqarr Franco De Gabriele – Uffiċjal Kap Kummerċjali ta’ National Lottery plc. Meta ġiet mnedija l-kumpanija f’Lulju 2022, wegħdna portafoll ta’ logħob li jagħti aktar valur lill-klijenti tagħna. Aħna nkejlu dan il-valur bl-ammont ta’ rebħ li jitqassam lura lill-ġugaturi. Kburin mill-fatt li f’dawn l-aħħar 5 xhur ħallasna 10% aktar fi premjijiet fuq logħob tas-Super5 meta mqabbel mat-total ta’ rebħ tas-Super5 li tħallas fl-istess żmien is-sena l-oħra mill-operatur preċidenti. Il-ħlas frekwenti lill-ġugaturi, kif ukoll il-jackpots mdaqqsa, ikomplu jżidu l-popolarità tal-logħba u jagħmluha l-aktar lotterija popolari f’Malta,” żied jgħid is-Sur De Gabriele.

It-tlugħ li jmiss tas-Super5 jipprovdi lill-ġugaturi l-opportunità li jirbħu l-jackpot ta’ €250,000 u premju ewlieni ieħor ta’ €100,000 permezz tat-tlugħ addizzjonali tas-Super5 Plus. It-tlugħ tas-Super5 jista’ jiġi segwit kull nhar ta’ Erbgħa, dirett fit-8:40pm fuq TVM wara l-aħbarijiet ta’ filgħaxija.