Futbol Sport

Sirens jirritornaw għar-rebħ b’gowl fit-tieni taqsima

(Ritratt: Josef Fitpatrick)

Rowen Camilleri

PIETÀ H………………0

SIRENS………………..1

Pietà H: D. Alampasu, S. Okoh, C. Bangura, O. Temitope, D. Zerafa, P. Lapira (K. Leaonardi 62’), A. S. Wismayer (A. Wismayer 82’), Y. Morita (S. Camara 70’), Z. Leonardi, A. Ogungbe, T. Yamaguchi

Sirens: M. Grech, G. Camilleri, W. Soares, M. Perreira, K. Sano (A. Borg 90’), J. Walker, A. Vaikainah, A. Cini, V. Bento (D. Jackson 78’), I. Kolev (D. Promise 90’), S. Sessegnon (S. Arab 90’)

Skorja: I. Kolev 58’ (S)

Imwissija: A. Cini 35’, S. Sessegnon 45’, V. Bento 75’ (S), P. Lapira 13’, D. Zerafa 45’, Z. Leonardi 57’(P)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Shaun Calleja

BOV Plejer tal-logħba: Matthew Grech (Sirens)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Matthew Grech (Sirens)

Sirens irritornaw għar-rebħ meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Pietà Hotspurs 1-0. Pietà forsi kienu l-aħjar tim fil-ground tul id-90 minuta iżda t-tliet punti marru għand Sirens, b’gowl li wasal mill-uniku xutt li kellhom lejn il-lasti fit-58 minuta min Kolev.

It-tela’ għal Pietà dan l-istaġun tibqa’ tkun waħda diffiċli, b’din tkun il-11-il telfa tal-kampjonat li tħallihom ankrati fl-aħħar post tal-klassifika b’4 punti biss.

L-ewwel xutt lejn il-lasti wasal mill-Hotspurs wara sitt minuti fejn kienet azzjoni personali ta’ Yamaguchi li avvanza u minn qagħda ċentrali ttanta xortih bil-goalkeeper Matthew Grech jilqa’ faċilment. Bil-partita nieqsa għal kolox minn konklużjonijiet lejn il-lasti, fl-34 minuta Pietà kellhom nofs ċans meta Lapira għadda lejn Morita li avvanza u ssikkat minn difensur ta’ Sirens prova xutt minn tarf il-kaxxa li għadda barra.

Fit-tieni taqsima Pietà mill-ewwel ħarġu fuq l-offensiva u wara tliet minuti minn azzjoni personali Schembri Wismayer prova xutt tajjeb minn barra l-kaxxa li Grech kellu jilqa’ b’diffikultà qabel mad-difiża tajret il-periklu. Pietà baqgħu l-aqwa tim fil-pitch u fit-53 minuta il-goalkeeper ta’ Sirens reġa’ kien protagonist b’save mill-aqwa fuq xutt ta’ Yamaguchi.

Kontra x-xejra tal-logħob Sirens fetħu l-iskor fit-58 minuta minn azzjoni ta’ free kick, bil-ballun jasal fuq ras Ivan Kolev li b’daqqa ta’ ras preċiża tefa’ fir-rokna tax-xibka.

It-tentattivi ta’ Pietà biex jieħdu xi ħaġa minn dan il-konfront kienu kollha għal xejn hekk kif l-iskor baqa’ ma nbidilx sat-tisfira finali tar-referee Philip Farrugia u għalhekk kienu Sirens li ħadu t-tliet punti filwaqt li l-Hotspurs sofrew il-11-il telfa tal-kampjonat.

Sekou Camara ta’ Pietà jipprova tentattiv bir-ras lejn il-lasti ta’ Sirens (Ritratt: Josef Fitzpatrick)