Futbol Sport

Gżira jegħlbu lil Żebbuġ b’żewġ penalties skorjati minn Maxuell Maia

(Ritratt: Trevor Sollars)

ŻEBBUĠ R……..0

GŻIRA U………..2

Żebbuġ R: J. Azzopardi, S. Bugeja, L. Almeida, W. Santos (G. Gesualdi 67′), A. Mizzi (J. Sciberras 60′), S. Jankovic, C. Lokoli Ngoy, E. Sanchez, R. Vella, J. Macedo ( S. Miloskovic 60′), A. Soto (T. Bartolo 80′).

Gżira U: D. Zarko, L. Tabone, N. Muscat, S. Pisani (B. Borg 60′), Z. Scerri, M. Dias, C. Riascos, C. Gauci (R. Correa Duarte 74′), T. Kolega (A. Borg 88′), M. Cosic, M. Maia (T. Espindola 88′).

Skorjaw: M. Maia pen 28′ 87′ (G)
Referee: Darryl Agius
Assistenti Referees: Duncan Sultana u Max-Lee Muscat
BOV Plejer tal-logħba: Maxuell Maia (Gzira United)

Wara t-telfa diżappuntanti u forsi mhux daqsekk mistennija kontra Balzan, Gżira United irritornaw għar-rebħ meta fl-ewwel logħba tal-Ħadd għelbu lil Żebbuġ Rangers 2-0, b’żewġ gowls li waslu minn żewġ penalties skorjati minn Maxuell Maia. Żebbuġ minn naħa tagħhom sofrew it-tieni telfa konsekuttiva biex issa komplew jinqatgħu mit-tim ta’ fuqhom Sirens li rebħu l-konfront tagħhom u kabru l-vantaġġ fuq ir-Rangers għal tmien punti.

Gżira ħasbu li marru minn fuq fid-19-il minuta meta Maxuell Maia bir-ras għeleb lil Azzopardi, iżda l-gowl kien imħassar għal offside.

Toni Kollega għal Gżira mar viċin fit-23 minuta b’xutt mill-isbaħ li iżda kien milqugħ tajjeb minn Azzopardi.

Gżira United ingħataw penalty fil-25 minuta għal foul fuq il-Brażiljan Maxuell Maia, bl-istess plejer jinkariga mill-11-il metru fejn ma żbaljax biex tefa’ lill-Maroons fil-vantaġġ

Bi Gżira jkunu l-aqwa tim fl-ewwel taqsima l-iskor sat-tisfira baqa’ ma nbidilx biex it-tim immexxi minn Deren Abdilla daħal jistrieħ f’vantaġġ ta’ 1-0.

L-azzjonijiet perikolużi fit-tieni taqsima kienu ftit li xejn, sakemm fil-75 miunta s-sostitut Ricardo Correa Duarte għadda ballun lejn Toni Kolega li l-konklużjoni tiegħu ġiet milqugħa minn Azzopardi.

Gżira aċċertaw mir-rebħa meta fis-87 minuta ingħataw penalty ieħor għal foul fuq Brooklyn Borg, b’Maxuell Maia jerġa’ jieħu r-responsabiltà u għal darb’oħra jerġa jitfa’ wara Azzopardi għal skor finali ta’ 2-0 favur il-Maroons.