Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Il-FIFA tibda proċeduri dixxiplinarji fil-konfront tal-Arġentina

Il-FIFA fetħet proċeduri dixxiplinari fil-konfront tal-Arġentina minħabba l-imġieba tal-plejers u diriġenti Arġentini waqt u wara l-logħba tal-kwartifinali kontra l-Olanda.

Plejers sostituti u diriġenti daħlu fil-grawnd kemm fl-aħħar mumenti meta l-Olanda rkuprat żvantaġġ doppju, kif ukoll wara l-għoti tal-penalties.

Iż-żewġ naħat qed ikunu wkoll investigati minħabba mġieba anti-sportiva. Din issir regolarment mill-FIFA meta tim idabbar ħames karti sofor.

Il-logħba Arġentina kontra Olanda kisret kull rekord tat-Tazza tad- Dinja fejn b’kollox kienu murija 17-il karta safra.Iż-żewġ federazzjonijiet mistennija li jkunu mmultati madwar 16-il elf dollaru kull wieħed.