Sport Waterpolo

Il-preċiżjoni ta’ Mattias Ortoleva tressaq lil Birżebbuġa lejn ir-rebħa … faċli għal San Ġiljan

(Ritratt: Joseph Galea)

Rapport: Stewart Said

NEPTUNES VIDEOSLOTS…….. 7

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 10

(4-6), (1-2), (2-1), (0-1)

Mattias Ortoleva kien l-eroj ta’ Birżebbuġa Freeport hekk kif kisbu l-ewwel rebħa filwaqt li kkundannaw lil Neptunes Videoslots għat-tieni telfa konsekuttiva. Ortoleva skorja xejn anqas minn tmien gowls, fosthom l-ewwel ħamsa fl-ewwel sessjoni, gowls li poġġew il-logħba ta’ Neptunes għat-telgħa. Neptunes qatt ma kienu fil-vantaġġ tul il-logħba u l-eqreb li waslu kien 5-4 fl-ewwel sessjoni.

L-aħjar reazzjoni tat-tim immexxi minn Dorian Pisani kien fit-tielet sessjoni. Birżebbuġa ma baqgħux ikunu perikolużi fl-attakk filwaqt li Neptunes bdew jieħdu aktar inizjattiva. Iżda l-pressjoni tal-aħħar sessjoni ma wasslitx biex Neptunes komplew jidħlu fil-logħba u l-gowl ta’ Mattias Ortoleva lejn nofs l-aħħar sessjoni, qata’ t-tamiet ta’ rimonta.

Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja, S. Gialanze (3), G. Pace (1), L. Mallia, M. Zammit (1), M. Castillo (1), J. Camilleri, R. Galea, J. Bajada (1), E. Mallia, B. Zammit, S. Mifsud, C. Cutajar, J. Valletta

Birżebbuġa: M. Vassallo, P. Borg (2), N. Cassar, B. Grech, S. Bezzina, R. Mock, R. Spiteri, K. Grech, D. Farrugia, K. Tanti, G. Mannino, M. Curmi, M. Sladden, M. Ortoleva (8)

Referees: Ronnie Spiteri, Massimo Angileri

SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 19

MARSASKALA……………………. 3

(5-2), (3-1), (6-0), (5-0)

It-tieni rebħa konsekuttiva għal San Ġiljan JP Projects. Din id-darba rebħa aktar faċli minn dik kontra Birżebbuġa. Konfront li fih il-Ġiljaniżi ddominaw fit-tieni parti għalkemm xorta kienu superjuri fl-ewwel żewġ sessjonijiet. Marsaskala kellhom il-vantaġġ darba biss fil-logħba. Iżda wara li Gabriel Sammut skorja doppjetta għal 2-1, Matthew Zammit dawwar il-vantaġġ b’doppjetta minn tiegħu.

Minn hemm, San Ġiljan ikkontrollaw. Madwar żewġ minuti u nofs minn tmiem it-tieni sessjoni, Mark Carani tkeċċa għal brutalità fuq Andreas Galea meta l-iskor kien 6-3. B’superjorità numerika għal erba’ minuti, San Ġiljan skorjaw darbtejn oħra. Fl-aħħar żewġ sessjonijiet, Marsaskala ramew ix-xugaman u San Ġiljan ħadu l-opportunità bi 11-il gowl konsekuttiv. Jispikkaw it-tripletti ta’ Matthew Zammit u Nikolai Zammit.

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), A. Galea (1), G. Bonavia (2), M. Zammit (5), B. Plumpton (3), J. Bonavia (2), N. Zammit (4), D. Zammit, N. Bonavia, G. Borg, L. Brownrigg, K. Calleja

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, M. Agius, R. Greco, E. Bilgin, K. Navarro, D. Tully, D. Pace Lupi, G. Sammut (3), J. Ciantar, M. Carani, A. Muscat, A. Buhagiar, K. Pace

Referees: Richard Magri, Peter Balzan

Riżultati – Il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru

SLIEMA FRANK SALT……… 16

VALLETTA IZIBET…………….. 2

(5-0), (3-0), (4-1), (4-1)

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (3), L. Galea (1), D. Rizzo, K. Borg (1), B. Cachia (1), E. Schembri (1), M. Mifsud (2), J. Brownrigg (1), J. Gambin, Z. Mizzi, D. Zammit (3), A. Bugeja, J. Sciberras (2), S. Engerer (1)

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, Z. Micallef, J. Cassar, S. Busuttil (1), J. Pace Mizzi, D. Paolella, T. Said, S. Micallef, M. Demarco (1), M. Chircop, J. Chircop

Referees: Stefan Licari, Massimo Angileri

EXILES WELBEE’S…………… 7

SIRENS………………………….. 13

(2-3), (1-4), (1-2), (3-4)

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, L. Gialanze, M. Martellacci, S. Xerri de Caro (1), K. Griscti (2), N. Paris, D. Fenech (1), M. Aquilina (2), N. Saliba (1), F. Buhagiar

Sirens: T. Micallef, P. Serracino (1), K. Erdogan (1), J. Cachia (1), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (2), M. Chircop (3), K. Agius, G. Sammut, W. Ruggier, M. Sciberras (1), M. Azzopardi (3), M. Bonello Dupuis

Referees: Alex de Raffaele, Neville Mercieca

Logħob li jmiss

Is-Sibt 17 ta’ Diċembru

Neptunes v Exiles           2.30pm

Valletta v Marsaskala     3.35pm

Sliema v Birżebbuġa      4.40pm

San Ġiljan v Sirens         5.45pm

Kif Jinsabu

                             L       R       D       T       F       K       Pti

San Ġiljan             2        2        0        0        31      10      6

Sliema                  2        2        0        0        29      10      6

Sirens                   2        2        0        0        25      18      6

Exiles                   2        1        0        1        16      19      3

Birżebbuġa          2        1        0        1        17      19      3

Neptunes             2        0        0        2        18      22      0

Valletta                2        0        0        2        8        25      0

Marsaskala           2        0        0        2        11      32      0