Wara li r-Rumen mixli bi qtil f’Paceville li kien rikoverat l-isptar Mater Dei u deher li rkupra mill-ġrieħi li ġarrab u kien se se jitressaq il-Qorti illum il-Ħadd wara li ġie interrogat id-depot, jidher li huwa reġa’ ħassu ħażin ħafna u kellu jerġa’ jittieħed l-isptar.
Dan huwa t-tielet Rumen li għandu jiġu akkużat b’rabta mal-qtil ta’ Rumen ieħor f’Paceville nhar it-Tnejn li għadda. Huwa kellu jitressaq quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras illum mixli bil-qtil ta’ Joseff Rivas u diversi akkużi oħra. Issa għadu mhux ċert meta jista’ jiġi liċenzjat mill-ipstar u eventwalment jitressaq il-Qorti.
Nhar l-Erbgħa tressqu l-Qorti żewġ aħwa Rumeni li ġew mixlija b’rabta mad-daqqa ta’ sikkina fatali li qatlet lil Rivas f’Paceville wara nofs inhar fid-dawl tax-xemx. Kienu Ionut Iulian Tanase ta’ 35 sena u Dan-Andrei Tanase ta’ 32 sena minn Bucharest li tressqu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia akkużati bi qtil, pussess ta’ arma waqt it-twettiq ta’ reat, li ġarrew sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja u kisru l-paċi pubblika.
Iż-żewġt aħwa ġew akkużati wkoll b’reati relatati mal-għajxien mill-qligħ tal-prostituzzjoni. It-tielet raġel arrestat b’rabta mal-qtil, ukoll Rumen qed jingħata l-kura l-isptar u mistenni jitressaq il-Qorti llum il-Ħamis quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo, dejjem jekk jilħaq jirkupra mill-ġrieħi li ġarrab.
Ir-Rumen li kellu jitressaq illum għandu jiġi mixli bl-istess akkużi fejn għal darba oħra mistennija preżenza massiċċa tal-Pulizija waqt it-tressiq tiegħu, kif ġara nhar l-Erbgħa. Il-Pulizija Maltija tinsab f’kuntatt ma’ Pulizija oħra internazzjonali b’rabta ma dan il-każ mhux qed teskludi li tressaq persuni oħra b’rabta mal-kriminalita organiżżata fil-prosekuzzjoni, fosthom nisa li jmexxu burdell f’Malta mmexxija minn dawn il-“gangs” Rumeni.
L-Ispettur Kurt Zahra, wieħed mill-Prosekuturi diġa qal fil-Qorti ħarsa ġenerali dwar kif saret l-investigazzjoni li wasslet għall-arrest. Il-Pulizija kienet irċeviet rapport ta’ daqqiet ta’ sikkina f’Paceville. Fil-ħin tar-rapport, il-vittma kienet għadha ħajja, iżda ftit tal-ħin wara l-pulizija ġiet infurmata li r-raġel kienet miet.
L-investigazzjonijiet indikaw li l-qtil kien riżultat ta’ tilwima li tinvolvi għaqda tal-kriminalità organizzata li taħdem fil-qasam tal-prostituzzjoni. In-nisa wrew il-messaġġi tal-pulizija li ndikaw li qalulhom biex iħallu l-pajjiż. Waqt l-interrogazzjoni, wieħed mill-akkużati kien qal lill-pulizija li wara li ra dan kollu għaddej, u hu sħabu ma setgħux jonqsu milli jaġixxu.
L-Ispettur Zahra diġa qal fil-Qorti li t-tliet irġiel kienu kienu f’kafetterija fi Triq Ross meta ġew avviċinati minn żewġt irġiel. Filmati tas-CCTV wrew ftit sekondi ta’ komunikazzjoni bejn żewġ ‘gangs’ opposti, segwiti minn kommossjoni li tinvolvi lill-vittma. L-irġiel wieġbu mhux ħatja. Id-difiża f’dan l-istadju ma talbitx il-libertà proviżorja, iżda talbet li espert mediko-legali maħtur fl-inkjesta Mario Scerri jiddokumenta wkoll feriti li allegatament sofrew l-akkużati, b’mod partikolari Ionut Iulian Tanase li ngħad li sofra għadd ta’ ġrieħi f’rasu.
L-Ispettur Zahra ma oġġezzjonax, anke jekk qal li tali eżamijiet diġa saru. Fil-fatt huwa kkonferma li dan kien diġà sar dan kollu mill-espert tal-qorti waqt l-inkjesta. L-Avukat Arthur Azzopardi spjega li d-difiża ħasset li dan kien meħtieġ peress li ma kinux preżenti waqt l-eżami.
L-Ispettur Kurt Zahra u Brian Xuereb mexxew l-prosekuzzjoni, assistiti mill-avukati Darlene Grima u Kaylie Bonnett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri, Franco Debono u Charmaine Cherret bħal ma għanlu fil-każ taż-żewġt aħwa side jirrappreżentaw lir-raġel li se jiġi akkużat illum,
Il-vittma kienet “persuna ta’ interess” fl-investigazzjoni tal-kriminalità organizzata Rapporti fil-media Ingliża u dik Rumena sostnew li Rivas, ta’ 44 sena, li kellu ċittadinanza doppja – Rumena u Ingliża kien persuna ta’ interess għas-servizzi tal-intelligence internazzjonali minħabba rabtiet suspettati mal-kriminalità organizzata.
Il-media internazzjonali rrapportat kif Rivas kien involut f’żewġ omiċidji, wieħed fl-Ingilterra u ieħor fir-Rumanija u li kien involut ukoll b’rabta ma’ serqa ta’ 100,000 ewro. Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta kien rappurtat li kien qed jaħdem flimkien mal-forzi tal-pulizija tar-Renju Unit u tar-Rumanija fuq l-investigazzjoni.