Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Tfiq minn marda inkurabbli grazzi għal terapija rivoluzzjonarja

Tfajla adolexxenti fieqet kompletament minn tip ta’ kanċer inkurabbli wara li kienet suġġetta għal mediċina ġdida li qed ‘tiddebutta’ fil-qasam mediku.

It-tfajla, Alyssa, li għandha 13-il sena (ara ritratt), kienet ilha żmien marida bil-leukaemia u kellu jfalli kull intervent ieħor qabel hi kienet trattata bil-mediċina rivoluzzjonarja fl-Isptar ta’ Great Ormond Street ta’ Camden, f’Londra.

It-tobba użaw proċess magħruf bħala ‘base editing’ għal forma ta’ inġinerija bioloġika li provdiet il-mediċina ġdida li minnu setgħet tibbenefika Alyssa.

U llum, sitt xhur wara l-bidu tal-proċess, Alyssa mhi turi l-ebda traċċi tal-kanċer għalkemm xorta waħda qed tinżamm taħt il-moniteraġġ tat-tobba f’każ li l-marda tfeġġ mill-ġdid.

Alyssa, li tgħix f’Leicester, instabet marida bil-leukaemia f’Mejju tas-sena l-oħra u wara li ċ-ċelloli ( T-cells) f’ġisimha saru inkontrollabbli u bir-riżultat li l-kimoterapija ma setgħetx trażżan din il-forma ta’ kanċer aggressiva.Mingħajr il-mediċina sperimentali, it-tobba ma kenux se jkollhom għażla ħlief li jaċċertaw li Alyssa setgħet tgħaddi l-aħħar xhur ta’ ħajjitha f’livell ta’ kumdità aċċettabbli.