Internazzjonali

L-Ukreni b’attakk fuq ir-Russi f’Melitopol

In-nofsinhar tal-Ukrajna intlaqtet minn attakki miż-żewġ naħat fil-gwerra, bir-Russja tniedi drones f’Odesa waqt li Kiev qed tiġġieled f’Melitopol.

L-armata Ukrena qalet li waqqgħet għaxar drones is-Sibt iżda ħamsa oħra laqtu faċilitajiet tal-enerġija, u ħallew madwar miljun u nofs ruħ mingħajr enerġija.

Aktar tard, is-sindku eżiljat ta’ Melitopol qal li kien sar attakk fuq il-belt miżmuma mir-Russi.  Uffiċjali Ukreni qalu li l-attakk tad-drones tar-Russja fuq il-port ta’ Odesa ra sparar ta’ drones magħmulin mill-Iranjani fuq infrastruttura ewlenija.

Il- President Volodymyr Zelensky qal li s-sitwazzjoni fir-reġjun ta’ Odesa hija iebsa ħafna.  Sfortunatament l-attakki kienu kritiċi u li għalhekk jeħtieġ aktar minn sempliċiment ftit ħin biex tirrestawra l-elettriku.”

Moska ilha timmira l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna b’qawwiet  kbar ta’ missili u attakki tad-drones sa minn Ottubru li għadda.

F’Melitopol, l-awtoritajiet favur Moska qalu li attakk bil-missili qatel żewġ persuni u weġġa’ għaxra, filwaqt li Ivan Fedorov, is-sindku eżiljat, qal li kienu nqatlu għexieren ta’ “invażuri”.