Sport Sport Ieħor

Records fil-Pararowing u Mountain-Bike fi Sport Extra tal-lum

Fl-għaxar programm SPORT EXTRA, li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘il quddiem fuq Net Television ,bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli fl-ewwel parti tal-programm intervisti ma’ żewġ qaddiefa żgħażagħ fil-Pararowing, membri ta’ Siġġiewi Rowing Club NICK MERCIECA u KURT FARRUGIA li fil-ġranet li għaddew kisbu żewġ records tad-dinja tal-kategorija fuq 500 metru bi 3 minuti 9.6 sekondi u 2 minuti 5.4 sekondi rispettivament. Intervista wkoll ma’ JOSEPH GRIMA, President ta’ Siġġiewi Rowing Club u President tal-Malta Paralympic Committee.

Fit-tieni parti żewġ intervisti esklussivi għal SPORT EXTRA ma żewġ protagonisti ta’ fama mondjali fil-mountain-bike. GIOVANNA BONAZZI (ritratt) rebbieħa tal-Kampjonat tad-Dinja down-hill tal-Mountainbike fl-1991  u 1993 u CAMILLA BERTOSSI rebbieħa tal-Kampjonat tad-Dinja Masters.

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana u Michael Farrugia.