Matthias Mizzi
MARSAXLOKK……1
VALLETTA…..………2
Marsaxlokk: M. Drobnjak, C. Edafe, J. Dos Santos (A. Effiong 68’), P. Xuereb, E. Vella, A. Santiago, L. Aguirre, F. Moracci, W. De Sousa (Y. Tonna 85’), D. Vukovic (D. Agius 62’), A. Fonseca
Valletta: A. Guarnone, J. Borg, S. Dimech (L. Cremona 87’), O. Akpoveta (A. Zammit 46’), C. Gauci, E. Pena Beltre, S. Kamdem (E. Ruiz 14’), B. Paiber, U. Ngong (F. Cheveresan 65’), E. Sala, K. Bevis.
Imwissija: E. Sala 40’ (VLT), F. Moracci 43’ (MXK), D. Vukovic 53’ (VLT), E. Sala 61’ (VLT), E. Pena Beltre 72’ (VLT), M. Drobnjak 90+2’ (VLT)
Imkeċċija: E. Sala 61’ (VLT), E.Vella 90’
Skorjaw: W. De Souza 6’ (MXK), S. Dimech 53’ (VLT)
Referee: Fydor Zammit
Assistenti Referees: Roberto Vella & Paul Apap
Il-Mument Plejer tal-Logħba: W. De Sousa (MXK)
BOV Plejer tal-Logħba: W. De Sousa (MXK)
Hekk kif kollox deher li Valletta kienu se jerġgħu jiżolqu, Andrea Zammit kien il-protagonist li ta rebħa kruċjali għat-tim immexxi minn Thane Micallef. Ta’ min isemmi li l-Beltin għamlu aktar minn nofsiegħa bi plejer inqas tant li Marsaxlokk kienu aktar dixxiplinati tattikament madankollu ma kienux kapaċi jżommu l-iskor sal-aħħar.
Ix-Xlukkajri ħasdu lil Valletta kmieni fil-partita hekk kif fis-sitt minuta Wellignton De Sousa baqa’ dieħel fil-kaxxa minn bejn id-difensuri u b’pass preċiż tefa’ lil Vukovic f’pożizzjoni tajba li ma setax ifalli. Ix-Xlukkajri reġgħu kienu perikolużi erba’ minuti wara permezz ta’ kross minn De Sousa għal fuq Fabian Moracci b’Guarnone li laqa’ mingħajr wisq diffikultà.
Fit-tieni taqsima, proprju fit-53 minuta Valletta ġabu l-iskor indaqs wara li Shaun Dimech baqa’ dieħel u minn pożizzjoni angolat tefa’ ġewwa b’xutt fil-baxx. Mas-siegħa logħob it-tim tal-kapitali safa jilgħab bi plejer inqas meta l-Albaniż Eslit Sala dabbar it-tieni karta safra għal foul fuq Leonardu Aguirre. Mill-istess free-kick Kamdem tefa’ għoli. Għaxar minuti wara Marsaxlokk kienu ferm viċin li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt fil-baxx mis-sostitut u ex-plejer internazzjonali Malti, Alfred Effiong li għadda viċin il-lasti.
Effiong reġa’ kien protagonist għal darb’oħra b’xutt ieħor li madankollu ra lil Guarnone jsalva tajjeb u mir-rebound Ferraris tefa’ għoli. Huma komplew jagħfsu tant li minuta biss wara Ferraris spara xutt imqabbeż minn barra l-kaxxa li madankollu għadda barra. Mat-tokki tad-disgħin minuta l-Lilly Whites ingħataw penalty hekk kif Emerson Vella waqqa’ liż-żagħżugħ Andrea Zammit fuq il-ġirja fil-kaxxa tant li spiċċa wkoll ġie mkeċċi.
Mill-ħdax-il metru iż-żagħżugħ Zammit ma falliex biex tefa’ lill-partitarji Beltin f’delirju ta’ ferħu u dawwar telfa f’rebħa għat-tim tiegħu.
//= $special ?>