Minn mini minors, għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u saħansitra ċirku sħiħ.
Aktar minn 35 kollezzjonist ipparteċipaw f’wirja ta’ mudelli ta’ vetturi li saret fl-Iskola Primarja ta’ Santa Venera… b’aktar minn 1,800 mudell differenti waqt il-wirja bl-isem ta’ The Biggest Little Motor Show in Malta.
Varjetà ta’ mudelli die-cast ta’ trasport minn kull ġeneru li jvarjaw minn karozzi tat-triq, karozzi tal-pulizija, vetturi kummerċjali u tal-kostruzzjoni, kif ukoll karozzi ta’ diversi ditti… li jvarjaw fi skali.
Fost il-mudelli kien hemm ukoll dawk li saru bl-idejn li jvarjaw minn karozzi tal-linja l-antiki bil-kuluri tar-rottot għal vetturi tradizzjonali ta’ snajja Maltin b’nostalġija liema bħala. Dan filwaqt li jakkumpanjaw il-vetturi kien hemm ukoll diversi figuri ta’ persuni sabiex jagħmlu x-xenarju tal-mudelli aktar realistiku – għad-divertiment u l-interess ta’ dawk kollha li jżuru l-wirja.
Din il-wirja annwali qed tittella’ bejn l-10 u t-13 ta’ Diċembru organizzata minn Die Cast and Scale Model Society, bid-dħul huwa bla ħlas.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>