Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jbiddel l-emenda fil-kodiċi kriminali li biha jiddaħħal l-abort

Daviod Agius, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Agius appella lill-gvern biex ibiddel l-emenda fil-kodiċi kriminali li biha se jiddaħħal l-abort.

Fil-parlament David Agius qal li l-PN hu unamimu kontra l-abort u appella biex kulħadd ikun responsabbli u biex il-gvern ma jagħlaqx il-bieb mhux biss għall-Oppożizzjoni iżda għall-Maltin li jridu jitkellmu dwar l-abort fil-pajjiż.

Hu semma’ l-ittra mibgħuta mill-Isqfijiet lid-deputati fl-1 ta’ Diċembru 2022 li fiha talbu lid-deputati biex jagħrfu kemm hi serja l-għażla li għandhom quddiemhom bejn il-ħajja u l-mewt. Huma appellaw lid-deputati biex jagħżlu l-ħajja.

Id-deputat Nazzjonalista rrifera għan-nota pastorali tal-Isqfijiet li fiha l-mexxejja Kattoliċi qed isostni propju fil-Kunċizzjoni li l-ħajja tibda mat-tnissil u li appellaw biex ma tiddaħħalx liġi favur l-abort.

Hu semma’ wkoll ittra mill-azzjoni Kattolika tal-Mosta li fiha appellaw lid-deputati biex ma jivvuatwx favur l-abort.

David Agius irrifera għall-position paper tal-akkademiċi li ddikjaraw pożizzjoni kontra l-emenda tal-Gvern dwar l-abort.