L-akbar wieħed fl-età fil-grupp K-POP, BTS, Jin ingħaqad fis-servizz militari tal-Korea t’Isfel…l-ewwel wieħed fost il-membri tal-grupp spiċċa fl-armata.
Jin, li illum għandu 30 sena, saħaq li peress li teknikament il-Korea t’Isfel għadha fi gwerra mal-ġirien tal-Korea ta’ Fuq huma obbligati li jagħmlu l-lieva.
Il-kantant maħbub minn bosta madwar id-dinja, inkluż Maltin u Għawdxin, beda t-taħriġ tiegħu qrib il-fruntiera mal-Korea ta’ Fuq fejn wara 5 ġimgħat se jkun qiegħed iservi mal-frontline unit.
S’intendi issa Jin mhux biss se jkun qiegħed ikanta u jiżfen quddiem eluf ta’ persuni iżda se jkun qiegħed jitgħallem kif jispara l-armi tan-nar, iwaddab il-bombi u anke saħansitra jkollu jħoss l-effetti tal-gassijiet valenużi.
L-aħħar kanzunetta li ħareġ qabel ma ġie msejjaħ uffiċjalment mal-armata Koreana hija l-kanzunetta li ġġib it-titlu ta’ “Astronaut”.
//= $special ?>