Żgur mhix sorpriża li fl-aħħar snin in-nies ma baqgħux jużaw daqstant il-posta tradizzjonali. Dan għaliex il-komunikazzjoni elettornika kompliet iżżid fl-importanza tagħha.
Fil-fatt, l-abbonamenti ma’ kumpaniji tal-mobile f’pajjiżna żdiedu b’4% bejn Ġunju tal-2021 u Ġunju ta’ din is-sena. U b’kollox kien hemm 26,150 abbonament ġdid.
Skont l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, l-abbonamenti ghas-servizz tat-telephone tradizzjonali li nsibu fid-djar tagħna naqsu sew hekk kif kien hemm biss mal-elf abbonat ġdid.
L-użu tal-internet żdied sew tant li f’pajjiżna rajna żieda ta’ 52% meta kkumparat mas-sena l-oħra – ċifra illi turi kemm aħna dipendenti fuq mezzi elettorniċi biex nikkomunikaw bejnietna, speċjalment bi pjattaformi bħal mhuma Messenger u Whatsapp.
Dan affetwa sew il-posta tradizzjonali hekk kif pajjiżna kompla jara tnaqqis fil-volum ta’ posta li qed nibghatu. Fil-fatt, fuq sena, il-posta naqset b’4.1%. Ghalkemm xorta kien hemm total ta’ 6.9 miljun trasferiment ta’ ittir u oġġetti oħra bis-servizzi postali.
Intant, l-użu tat-televiżjoni żdied ukoll bi 3% f’abbonamenti ġodda. Madwar 82% ta’ dawn l-abbonamenti seħħew permezz ta’ xiri ta’ bundle plan.