Il-President ġdid tal-Peru, Dina Boluarte, ipproponiet li l-elezzjonijiet ġenerali f’pajjiżha jsiru sentejn qabel iż-żmien, fost it-tensjoni poltika li laħqet livell akut f’dawn l-aħħar jiem.
Il-proposta biex l-elezzjonijiet isiru f’April tal-2024 segwiet il-protesti vjolenti minn dimostranti li jridu jaraw ‘aktar stabbilità u li qed isiru fir-reġjuni ta’ Apurímac, Arequipa u Ica. Min-naħa tagħha, Boluarte iddikjarat stat ta’ emerġenza fiz-zoni fejn seħħew l-agħar protesti.
Il-Peru qed jegħreq fl-inkwiet politiku wara li Pedro Castillo, il-President ta’ qabel Boluarte, kien suġġett għal impeachment wara li ma rnexxilux ixolji lill-Kungress f’Lima. Intant, Castillo ikkritika bil-kbir il-pjani ta’ Boluarte biex tressaq l-elezzjonijiet ‘il quddiem waqt li akkużaha dwar ħtif ta’ poter. Fl-istess ħin Castillo qal li spiċċa ‘umiljat u vittma ta’ azzjoni illegali fil-konfront tiegħu.
Iżda Boluarte, fl-aħħar sigħat, kienet qed taħseb biex tgħaddi abbozz lill-Kungress li jiffissa l-elezzjonijiet għal April tal-2024 u mhux April tal-2026,
Dan anki qed jidher bħala U-turn mill-Presdent wara li hi sostniet, oriġinarjament, li kellha sservi l-kumplemant tat-terminu tal-poter ta’ Castillo ‘sal-aħħar ġurnata’. Dina Duarte ilha President tal-Peru mindu hi ħadet il-ġurament tal-ħatra f’Lima, bħal-lum ġimgħa.
//= $special ?>

