L-Awtoritajiet Brittaniċi qed ikomplu jwissu biex wieħed joqgħod attent minħabba ammont kbir ta’ borra u silġ li qed jinżel fir-Renju Unit, bit-temperatura mal-lejl li għadda niżlet għal 17-il grad taħt z-zero.
Jidher li dan il-maltemp mistenni li jkompli jippersisti sal-Ħamis, bl-iktar zoni milquta huma t-Tramuntana tal-Iskozja u partijiet mill-Grigal tal-Ingilterra.
Dan qed iwassal biex sistemi ta’ vjaġġar, fosthom tal-linja u l-ferroviji qed jiġu affetwati tant li qed jesperjenzaw dewmien. Fil-fatt, wieħed qed ikun avżat biex juża biss il-ferroviji jekk vera hu ta’ bżonn.
Dan it-temp kisaħ wassal għal disgrazzja hekk kif tlett itfal tilfu ħajjithom u tifel ieħor ta’ 6 snin qed jissielet għal ħajtu wara li erbat itfal spiċċaw fi xmara ffriżata. Wieħed mit-tfal li mietu, Jack Johnson ta’ 10 snin, qed ikun meqjus bħala eroj hekk kif dan niżel fix-xmara biex isalva lit-tlett itfal l-oħra.
//= $special ?>