Kien fit-13 ta’ Diċembru 1974 li nħatar l-ewwel President tar-Repubblika Maltija, Sir Anthony Mamo, u b’hekk, ir-Reġina Eliżabetta ma baqgħetx il-kap tal-istat. Fost it-tibdiliet approvati miż-żewġ naħat tal-Kamra fil-Kostituzzjoni kien hemm dik li Malta ssir Repubblika.
Il-Forzi Armati ta’ Malta fakkret l-Anniversarju tar-Repubblika Maltija bit-trooping tal-Kulur Presidenzjali, ippreżentat lill-Forzi Armati fl-2014. Din il-parata saret għall-ewwel darba s-sena l-oħra wara li kienet ilha ma ssir mill-1900 f’Malta.
Fl-10 ta’ filgħodu, il-Banda tal-Forzi Armati mexxiet lill-parata tal-Forzi Armati fuq quddiem minn quddiem il-binja tal-Parlament sa Pjazza San Ġorġ fejn saret wirja minn diversi stakkamenti tal-Forzi akkumpanjati mużikalment mill-istess banda.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut