Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Arġentina Lionel Scaloni ddefenda lit-tim tiegħu wara l-kritika li rċevew fir-rebħa fil-kwarti finali kontra l-Olanda. Iċ-champions Sud Amerikani waslu sas-semi finali wara partita mimlija kontroversja u chaos lejn tmiem il-partita. Lautaro Martinez skorja il-penalty deċiżiv biex tefa’ lit-tim tiegħu fis-semi finali, wara li l-goalkeeper Emiliano Martinez ukoll kien strumentali b’żewġ penalties salvati.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet matul il-jum tat-Tnejn Scaloni irribatta għal kritika li l-Arġentini ma wrewx karatteristiċi sportivi fir-rebħa tagħhom. Aktar kmieni il-FIFA fetħet proċeduri fil-konfornt tal-Arġentina wara li tmien plejers ntwerew il-karta safra. Minkejja dan, Leandro Paredes u Nicolas Otamendi, li t-tnejn li huma kienu fiċ-ċentru t’episodji mhux sportivi, mhux mistennija jkunu dixxiplinati.
//= $special ?>