Internazzjonali

Lockerbie: L-ebda piena tal-mewt għal Libjan li hu ‘konness’ mal-isplużjoni

Lockerbie: L-ebda piena tal-mewt

Mgħandux jiffaċċja l-piena tal-mewt raġel Libjan akkużat b’li produċa l-bomba li, fl-1988, qerdet l-ajruplan tal-linja Pan Am fuq il-belt Skoċċiża ta’ Lockerbie. Abu Agila Masud, li nżamm arrestat fl-Istati Uniti, kien infurmat dwar dan meta tressaq il-qorti bħala l-ewwel persuna qatt akkużata dwar il-każ Lockerbie f’art Amerikana.

L-Istati Uniti qed tallega li Masud kien aġent tas-servizzi sigrieti Amerikani u li hu kellu sehem importanti fl-isplużjoni fuq l-ajruplan Boeing 747 li ħalliet 270 mejtin fil-21 ta’ Diċembru tal-1988.

Il-mejtin jinkludu l-259 passiġġieri li kienu qed jivvjaġġaw minn New York lejn Londra u 11-il persuna oħra li ntlaqtu mill-fdalijiet tal-ajruplan fl-inħawi ta’ Lockerbie.

Il-każ jibqa’ l-agħar inċident terroristiku li qatt seħħ fuq territorju tar-Renju Unit.