Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel t’24 sena mill-Kolombja u residenti Pembroke, sofra xi ġrieħi u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li allegatament, waqt li kien qed isuq ir-rota, intlaqat minn vettura li baqgħet sejra. L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Huwa mar fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn minn hemm ittieħed permezz t’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei u kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ mill-isptar Mater Dei għal xi s-sitta ta’ dalgħodu. Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.