Raġel mis-Senegal ta’ 24 sena u residenti l-Imsida, weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Salvu Bonanno, San Ġwann.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ filgħaxija fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 23 sena residenti s-Siġġiewi, u mutur misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>