Fabio Capello insista li Gareth Southgate għandu jibqa’ fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Ingliż għall-Kampjonat Ewropew tal-2014, b’kundizzjoni li l-kowċ jibqa’ jgawdi s-sapport tal-plejers u l-Assoċjazzjoni Ingliża.
Wara t-telfa fil-kwarti tal-finali kontra Franza, Southgate ammetta li kien se jieħu l-ħin biex jieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu. Southgate li għandu 52 sena, sar kowċ tal-Ingilterra fl-2016 u wassal lit-tim Ingliż sas-semifinali tat-Tazza tad-Dinja fl-2018 u sal-finali tal-Kampjonat Ewropew is-sena li għaddiet.
Capello qal li l-Ingilterra ma kinitx spettakolari kontra Franza iżda jemmen li Southgate jixraqlu ċans ieħor f’tournament maġġuri. “Għamel biċċa xogħol tajba u ħoloq tim tajjeb ħafna u żagħżugħ. Irid jiddeċiedi hu jekk jibqax jew jitlaqx. Din hi l-problema. Jekk hu ċert li l-plejers se jsegwu, għandu jibqa’. Jekk taħseb li l-plejers mhux miegħek, għandek titlaq.
Capello kien kowċ nazzjonali tal-Ingilterra waqt it-Tazza tad-Dinja tal-2010. Hu dam fit-tmexxija minn Diċembru tal-2007 sa Frar tal-2012 u fi 42 logħba, rebaħ 28 u tilef biss sitta.
//= $special ?>