“Nemmen f’kull dritt ċivili, illi ma jaffetwa lil ħadd, biss jekk se nolqtu lill-ħajja jien ma naċċetta qatt”
Il-preżentatur ta’ NET FM Indrì Attard permezz ta’ kanzunetta Id-Dritt għall-Ħajja wassal il-ħsieb tiegħu kontra l-emenda fil-liġi li se tkun qed iddaħħal l-abort f’pajjiżna. Il-kanzunetta għandha l-lirika ta’ Kevin Tanti u mużika ta’ Chan Vella.
“Dan mhux ilment politiku jew kontra xi partit. Din għajta favur il-ħajja, tat-trabi rrid il-ġid. Kull ħajja li tintilef mhu se tinġieb lura,”
Il-lirika tkompli billi twassal konversazzjoni, jew messaġġ ma’ sinjur, fejn qed issir deskrizzjoni dwar x’se twassal din il-liġi tal-abort, u l-ħajja li tista’ ssir jekk il-ħajja, it-tarbija fil-ġuf titħalla tgħix.
//= $special ?>