Il-Futsal Malta Association b’kollaborazzjoni mal-Malta Women’s 5-a-side Football Association organizzaw Open Day fil-Padiljun tal-isport tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport biex jintroduċi l-futsal fost il-plejers nisa. Bosta plejers nisa ħadu sehem f’din l-attivita’ li matulha ġew spjegati ir-regoli marbuta ma’ dan l-isport mill-kap tar-referis Georgi Bitri..
Bosta plejers u kowċis fosthom Mark Zammit, Dylan Micallef, Brandon Debono, Zvezdan Vukovic, Andrea Naudi, Antonio Cassar, Zeljko Anicic u Christian Castagna taw sessjonijiet prattiċi bil-kollaborazzjoni tad-direttur tekniku Mark Marlow. Il-president tal-Futsal Malta Association Mark Borg spjega l-importanza li jinħoloq kampjonat tal-futsal tan-nisa u eventwalment tim nazzjonali biex il-futsal ikompli jiżviluppa.
//= $special ?>