Lokali

George Vella ma jeskludix li jsiefer u ma jiffirmax il-liġi tal-abort

Il-President ta’ Malta George Vella ma jeskludix li jsiefer u ma jiffirmax il-liġi li qed iressaq il-Gvern ta’ Robert Abela…. Liġi se tiftaħ it-triq għall-introduzzjoni tal-abort f’pajjizna.

George Vella ilu jiem sħaħ jappella sabiex tinstab soluzzjoni li biha jiġu indirizzati l-punti kollha li qed jiġu esperti minn bosta akkademiċi, professjonisti u anke esponenti tal-Partit Laburista stess.

Mistoqsi jekk hux se jiffirma l-liġi f’każ li l-Gvern jiddeċiedi li jbiddel il-kliem ta’ din l-emenda….  Kif qed jappellaw bosta għaqdiet, unions u anke professjonisti f’dan is-settur… George Vella baqa’ jinsisti li se jistenna l-liġi finali tasal għandu.

Fil-Parlament it-Tnejn ġiet fi tmiemha d-diskussjoni dwar il-ligi tal-abort… fejn minkejja bosta appelli l-Gvern baq’a ma bidilx il-kliem ta’ din l-emenda… bil-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista vvutaw kontra d-dħul tal-abort f’pajjiżna, filwaqt li dawk tal-Partit Laburista vvutaw favur din il-liġi.

Il-PN insista illi quddiem dan kollu, Robert Abela għandu għażla waħda: dik li sa nhar it-Tnejn jirtira l-abbozz ta’ liġi li bih irid idaħħal l-abort f’pajjiżna.