‘Il fuq minn 120 persuna mietu wara għargħar li laqat il-kapitali tal-Kongo.
Il-maltemp li laqat lil din ir-Repubblika Demokratika qed ikun deskritt bħala wieħed mill-agħar fl-aħħar snin.
Bosta minn dawk li mietu kienu jinsabu qrib għolja, b’ammont ta’ ilma, imħallat mal-ħamrija jkaxkar lil dawk li kienu fil-qrib. Fil-post fejn seħħet din il-valanga tkissru wkoll numru ta’ djar.
Il-Gvern tal-Kongo ħabbar 3 ijiem ta’ luttu, bil-ħidma minn uffiċjali tas-salvataġġ għadha għaddejja biex ikunu salvati l-ħajjiet u rkuprati l-katavri.
//= $special ?>