Lokali Qorti

Ħatja li ħolqot profil falz sabiex tkellem lis-sieħba tal-eks

Josephine Calleja residenti San Pawl il-Baħar instabet ħatja wara li f’Ġunju ta’ sentejn ilu aċċessat il-profil ta’ Facebook tal-eks raġel tagħha mingħajr il-permess tiegħu.

Calleja qalet li meta aċċessat il-profil tiegħu hija għamlet profil falz hekk kif rat li hu kien jinsab f’relazzjoni oħra. Hija spjegat li f’mument ta’ rabja hija ħadet ritratti tiegħu minn fuq il-profil sabiex tagħmel kuntatt mas-sieħba tiegħu.

Minn naħa l-oħra, l-Ispettur Saviour Baldacchino spjega illi l-Għassa tal-Qawra ġiet infurmata mill-eks raġel tagħha li nnota attivita’ mhux tas-soltu fuq il-profil tiegħu. Huwa ssuspetta li l-profil falz kien inħoloq minn Calleja, kif kien il-każ.

Josephine Calleja ġiet illiberata taħt il-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien sena.