Sport Sport Ieħor

Hockey: Draw missielet bejn Sliema Hotsticks u Floriana Young Stars

Fil-Kumpless tal-hockey f’Kordin, GREE Sliema Hotsticks u Floriana Young Stars temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 2-2 fl-unika partita li kien hemm mill-kampjonat nazzjonali tal-Hockey . Kienet partita li laħqet il-qofol tagħha fit-tielet quarter meta kif iż-żewġ naħat ħarġu fuq l-attakk fit-tentattiv li jiftħu l-iskor.

Kien Charlo Sammut li poġġa lil Sliema Hotsticks fil-vantaġġ għalkemm fl-aħħar quarter Floriana għamlu l-iskor 1-1 permezz ta’ Jean Paul Sapiano. Keith Scicluna reġa’ poġġa lil Sliema fil-vantagg sabiex wara reazzjoni immedjata kien Anton Saliba li kiseb il-gowl tad-draw għal Floriana u skor finali ta’ 2-2.

F’aktar partiti li saru fi tmiem din il-ġimgħa, fil-hockey 9s GREE Sliema Hotsticks u Rabat Depiro spiċċaw fi dro ta’ 3-3 filwaqt li mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Summer Nights 4-1. Fl-ewwel rawnd tal-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Summer Nights 6-1.