Lokali Saħħa

Iċċelebrat l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Mental Health Association

F’attivita’ speċjali li saret it-Tnejn filgħaxija, ġie iċċelebrat l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-assoċjazzjoni tas-saħħa mentali.

Din l-assoċjazzjoni twaqqfet fl-1982 meta qraba ta’ persuni b’mard mentali kif ukoll professjonisti waqfu l-assoċjazzjoni tal-iskizofrenija fejn aktar tard l-isem inbidel għal dak li għandna illum il-ġurnata.

L-għan ewlieni ta’ din l-assoċjazzjoni hija sabiex tagħti appoġġ lil dawk il-qraba kollha li joffru parti minn ħajjithom biex iduru b’membri tal-familja morda. Għalkemm dawn mhumiex professjonisti xorta waħda jiffaċjaw sitwazzjonijiet diffiċli.

Din l-assoċjazzjoni tul is-snin dejjem għamlet l-għalmu tagħha sabiex tagħti vuċi lil dawn in-nies sabiex il-bżonnijiet ta’ dawn in-nies ikunu mgħarrfa permezz ta’ diskussjonijiet ma profesjonisti, politiċi fost oħrajn.

Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali ħadmet sabiex ikun hawn aktar għarfien rigward is-saħħa mentali. Din l-assoċjazzjoni tisħaq li għalkemm sar progress tul dawn l-40 sena fil-qasam tas-saħħa mentali xorta waħda għad hemm preġudizzji f’kull qasam tal-ħajja kontra l-mard mentali meta mqabbel mal-mard fiżiku.

L-Assoċjazzjoni tisħaq li l-mard mentali għandu jingħata l-istess importanza ta’ kull mard ieħor fost affarijiet oħra.

Preżenti għal dan l-avveniment kien hemm il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca kif ukoll id-Deputati Nazzjonalisti Graziella Galea u Ian Vassallo.