Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo appella lill-gvern biex id-direttivi tal-UE li permezz jtejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema jkunu trattati b’mod immedjat mill-Gvern Malti.
Fil-parlament Ivan Castillo qal li l-ħaddiema Maltin għandhom jingħataw il-massimu possibbli u sostna li din l-emenda għad-direttiva tal-UE toħloq benefiċċji għall-ħaddiema imma wkoll għas-sidien għaliex ipoġġihom kollha fl-istess livell waqt li jagħti kundizzjonijiet aqwa lill-ħaddiema biex dawn ikunu iktar produttiiv.
Hu sostna li din id-direttiva kienet ilha għand il-gvern sentejn sħaħ u spjega kif ċertu setturi ma kinux indirizzati fosthom dawk domestiċi, tat-taxis u l-careres.
Din id-direttiva kellha tolqot lil kulħadd, sostna Ivan Castillo, li kompla li l-PN hu favur ż-zero hour contracts iżda mhux mifhum għaliex il-gvern ma żammx mal-minimu ta’ 12-il siegħa fix-xahar.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li l-PN jaqbel li liġi tkun iktar ċara fuq il-probation u qal li l-gvern għandu opportunità li jgħaddi avviż legali biex il-kutratti tal-impjiegi jitpoġġew fuq portal biex b’hekk l-abbużi jkunu identifikati waqt li jkun trattat ix-xogol prekarju.
Ivan Castillo qal li hemm ħafna x’jista’ jsir biex ix-xogħol prekarju jkun indirizzat u appella biex id-direttivi tal-UE jkunu indirizzati mill-ewwel anki fil-kunest tal-ispirtu tal-liġi biex il-ħaddiema jingħataw dak li ħaqqhom.
//= $special ?>