Internazzjonali Knisja

Il-Papa jappella biex ngħinu lill-poplu Ukren

Matul l-Udjenza Ġenerali li ssir kull nhar ta’ Erbgħa, il-Papa Franġisku appella biex kemm hu possibbli din is-sena n-nies ma jonfqux iżżejjed fix-xiri tar-rigali tal-Milied u jkun  aktar għaqli jekk il-flus li jifdlilna nagħtuhom għall-karità biex tkompli tingħata l-għajnuna lill-Ukreni.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika saħaq li l-Ukreni għadhom għaddejjin minn kalvarju minħabba l-invażjoni Russa li għadha għaddejja fil-pajjiż fejn bosta għadhom qed ibatu l-ġuħ u l-kesħa.

Huwa talab lin-nies biex fi żmien il-festi jaħsbu wkoll fil-poplu Ukren fit-talb tagħhom.