Internazzjonali

Imut Stephen Boss li kien DJ u producer fuq ‘The Ellen DeGeneres Show’

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Stephen Boss li kien magħruf ukoll bħala DJ ‘tWitch’ u li kien ukoll producer fuq the Ellen DeGeneres Show. Huwa miet fl-eta’ ta’ 40 sena.

Rapporti qalu li huwa miet f’lukanda f’Los Angeles wara li spara lilu nnifsu. Huwa kien ibati minn problemi ta’ saħħa mentali.

F’post fuq il-midja soċjali l-mara ta’ Stephen Boss, Allison Holker qalet li kien ta’ ispirazzjoni għal kulħadd filwaqt li l-familja kienet importanti ħafna għalih. Hija esprimiet ukoll li l-impatt pożittiv li ħalla warajh żgur li se jibqa’ jinħass. Barra minn hekk, hija talbet ukoll għal privatezza f’dan iż-żmien tant diffiċli.

Stephen Boss kellu tliet itfal fiż-żwieġ tiegħu ma’ Allison Holker.

Huwa beda l-karriera ta’ DJ fuq il-programm ‘The Wade Robson Project’ u aktar tard huwa pparteċipa fuq ‘So you think you can dance’ fl-2008 fejn kien ġie fit-tieni post. Barra minn hekk, huwa ħadem fuq il-programm ‘The Ellen DeGeneres Show’ bejn l-2014 sakemm spiċċa fl-2022.