Lokali Parlament

Jeħtieġ iktar kunċetti Ewropej fil-parlament Malti

Carm Mifsud Bonnici, PN


Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li jeħtieġ li jkun hemm iktar kunċetti Ewropej fil-parlament Malti partikolarment fil-kwistjoni dwar l-immigrazzjoni rregolari.

Carm Mifsud Bonnici qal li meta l-Ministri jkunu sejrin għall-Kunsill tal-UE u anki meta jirritornaw lura għandhom jagħmlu stqarrija ministerjali. Dan beix il-ministri jkollhom l-appoġġ meħtieġ.

Hu semma’ l-ħidma li wettqu gvernijiet Nazzjonalisti u qal li l-immigrazzjoni rregolari se tkun iffaċċjat mill-parlament kollu. Kieku Gvern Laburista segwa l-passi ta’ gvern Nazzjonalista kieku l-pajjiż avvanza ħafna iktar.

Id-deputat Nazzjonalista qal li tant hawn nies li ġew minn pajjiżi oħrjan biex jaħdmu li l-immigranti rregolari saru sekondarji. Hu sostna li s-sitwazzjoni internazzjonali se twassal biex iktar nies jersqu lejn Malta; għalhekk jeħtieġ li jkun hemm iktar kunċetti Ewropew fil-parlament Malti biex ikun hemm qbil meta l-ministri jmorru barra minn Malta jispjegaw il-pożizzjoni ta’ Malta. Din hi prattika li kull pajjiż isegwi fl-UE, sostna d-deputat Nazzjonalista.