Total ta’ miljun ewro u nofs huma l-flus kontanti li nstabu għand l-MEP Eva Kaili u l-eks deputat Antonio Panzeri… b’Kaili ġiet sospiża immedjatmanet mill-kariga tagħha ta’ Viċi President tal-Parlament Ewropew fejn imbagħad tkeċċiet mill-pożizzjoni tagħha wara li ttieħed vot fost il-Membri Parlamentari Ewropej.
Dan fid-dawl tal-investigazzjoni li għaddejja b’rabta mal-allegazzjonijiet marbuta ma’ skambju ta’ flus kontanti jew rigali mill-Gvern tal-Qatar lil uffiċjali fil-Parlament għal favuri politiċi.
Skont rapporti fil-media Belġjana, fl-appartment ta’ Kaili fi Brusell instabu 750,000 ewro fi flus kontanti, 600,000 minnhom f’bagalja li wasslilha missierha. B’Kaili tgħid li ma kinitx taf bil-flus li nstabu fir-residenza tagħha.
Apparti dawn instabu madwar 20 elf ewro fi flus kontanti fid-dar ta’ Francesco Giorgi, il-partner ta’ Kaili.
It-tliet persuni bħalissa jinsabu taħt arrest u mhux eskluż li jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
L-akkuża principali hi li l-Qatar prova jinfulenza lil politici jew persuni influwenti fl-istituzzjonijiet Ewropej. Dan permezz ta’ somom kbar ta’ flus, jew rigali lussużi.
Il-manuvri tal-Qatar inkixfu wara investigazzjoni delikata li saret mill-Pulizija Federali Belġjana, fi Brussell.
//= $special ?>