Futbol Sport Tazza Tad-Dinja 2022

L-għażliet ta’ Deschamps u Regragui

Minkejja li għandu skwadra ta’ kwalità, il-kowċ ta’ Franza Didier Deschamps jinsab imħasseb fuq il-kundizzjoni ta’ Dayot Upamecano u Adrien Rabiot u Ibrahima Konate u Youssouf Fofana jistgħu jkunu utilizzati fid-difiża u nofs il-grawnd rispettivament.

Il-kumplament tal-plejers mistennija jkunu konfermati minn Deschamps hekk kif Jules Kounde mistenni jikkonferma postu fuq in-naħa leminija tad-difiża. Giroud se jkun qed ifittex li jsir l-ixjaħ plejer fl-istorja li skorja ħames gowls f’edizzjoni waħda.

Regragui se jkollu żgur lil Walid Cheddira nieqes wara li tkeċċa lejn tmiem l-aħħar logħba iżda hu kien biss inkluż bħala sostitut. L-ikbar problemi tal-Marokk jinsabu fid-difiża.

Nayef Aguerd tilef il-kwarti tal-finali kontra l-Portugall minħabba li hu mweġġa’ filwaqt li l-captain Romain Saiss kellu joħroġ minħabba li weġġa’ l-hamstring. Dubjuż ukoll id-difensur xellugi Mazraoui li tilef ukoll il-logħba kontra l-Portugiżi.

Iżda minkejja l-problemi fil-formazzjoni, il-kowċ Marokkin dejjem ħa l-istess impenn mill-plejers kollha.