Raġel ta’ 32 sena ma nstabx ħati li f’Jannar ta’ sentejn ilu bagħat ritratti ndiċenti lil tifla ta’ 13-il sena.
Waqt is-seduta, l-Ispettur Jonathan Ransley qal li l-akkużat bagħat ritratti li juru l-partijiet privati tiegħu.
Minn naħa tagħha omm il-vittma spjegat li kienet hi li rat ir-ritratt l-ewwel għaliex it-tifla qaltilha li l-imputat dejjaqha diversi drabi iżda qalet ukoll li dak il-ħin it-tifla kienet ħdejha u allura xorta rat ir-ritratt.
Il-Qorti qalet li mill-provi preżentati ma jirriżultax jekk it-tifla ratx ir-ritratt jew le.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnatlu jħallas €592 fi spejjeż tal-Qorti filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma għal sena. Barra minn hekk, il-Qorti lliberatu taħt il-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.
Is-sentenza ngħatat fil-21 ta’ Novembru li għadda.
//= $special ?>